Raġel ta 45 sena ngħata sentenza ta’ 20 xahar ħabs wara li ammetta li f’Mejju li għadda weġġa’ ħafif lill-missieru.
David Bonnici nstab ħati wkoll li fil-lejl ta’ bejn it-30 ta’ Mejju u l-31 ta’ Mejju kkawża biża’ lill-missieru kif ukoll li ħebb għalih barra li kiser ordni ta’ trażżin imposta fuqu mill-Qorti.
Il-Maġistrat Doreen Clarke indirizzat il-fatt li l-imputat għandu problemi ta’ droga kif ukoll t’imġieba iżda qatt ma tilef l-opportunita’ sabiex jindirizza l-vizzju tad-droga.
Il-Maġistrat ikkundannatu 20 xahar ħabs kif ukoll tpoġġa taħt ordni ta’ trażżin u ordni ta’ trattament għal tlett snin b’diversi kundizzjonijiet. Is-sentenza ngħatat il-Ħamis li għadda filwaqt li l-Prosekuzzjoni kienet immexxija mill-Ispettur Sherona Buhagiar.
//= $special ?>