Libjan ta’ 27 sena ġi kundannat 40 xahar priġunerija wara li ammetta li f’temp ta’ madwar xahar seraq minn erba’ dgħajjes f’Bormla u għamel ħsara fuq tlieta minnhom. Mohamed Rajab Ali Alsagheer ammetta li wettaq dawn ir-reati bejn Diċembru tal-2019 u Jannar tal-2020.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke, il-Libjan instab ħati wkoll li sar reċidiv. Minbarra l-piena ta’ ħabs, il-Maġistrat ordnat lill-akkużat iħallas €1,058.34 fi spejjeż tal-Qorti u tat parir lid-direttur tal-ħabs biex l-imputat jingħata kull għajnuna kontra l-vizzju tad-droga.
Fil-każ, il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Mario Xiberras u Oriana Spiteri. fejn l-akkużat kien qed jiġi mixli b’disa’ akkużi bil-Qorti tal-Maġistrati tieħu konjizzjoni tal-fedina penali tiegħu u l-fatt li huwa ammetta r-reati miġjubin kontrih, anke jekk dawn ma sarux fi stadju bikri tal-proċeduri.
//= $special ?>