Futbol Sport

Aston Villa jkeċċu lil Steven Gerrard

(Ritratt: EPA)

Wara li lbieraħ Aston Villa tilfu l-konfront kontra Fulham, l-amministrazzjoni tal-klabb ħabbret fi stqarrija li Gerrard mhux se jibqa’ fit-tmexxija tal-klabb b’effett immedjat.

Gerrard ħa t-tmexxija tal-klabb ħdax-il xahar ilu flok Dean Smith u temm l-istaġun li għadda fl-erbatax-il post. Dan l-istaġun it-tim ta’ Aston Villa rebaħ biss żewġ partiti u jinsab fis-sbatax-il post b’disa’ punti.

Mill-bidu tal-istaġun Gerrard hu r-raba’ persuna li kien imkeċċi fil-Prmeier League wara Scott Parker (Bournemouth), Thomas Tuchel (Chelsea) u Bruno Lage (Wolverhampton Waderers).