Jgħaddu wkoll Cremonese u Bologna
Sampdoria 2-2 Ascoli (Sampdoria kkwalifikaw 9-8 bil-penalties)
Fi Stadio Luigi Ferraris, wara biss 10 minuti Sampdoria marru fil-vantaġġ permezz ta’ Valerio Verre li minn azzjoni ta’ Abdelhamid Sabiri għeleb lil Enrico Guarana. Reazzjoni minn Ascoli li fit-33 minuta meritatament kisbu l-gowl tad-draw. Azzjoni ta’ Eric Botteghin lejn Michele Collocolo li għeleb lil Nikita Contini għal 1-1 liema skor baqa’ sa tmiem il-partita li marret għal ħin barrani. Fil-110 minuta kien Francesc0 Donati li minn azzjoni ta’ Cedric Gondo għeleb lil Contini sabiex poġġa lil Ascoli fil-vantaġġ. Immedjata r-reazzjoni minn Sampdoria li fil-118 -il minuta għamlu l-iskor 2-2 permezz ta’ Francesco Caputo minn azzjoni ta’ Tommaso Augiello bil-partita tmur għall-għoti tal-penalties. Maratona fejn ingħataw 11 -il penalty fuq kull naħa b’Sampdoria jiskorjaw 9 kontra t-8 ta’Ascoli.
Cremonese 4-2 Modena
Partita deċiża fil-ħin barrani wara li minn partita mitlufa, fl-aħħar żewġ minuti Modena skorjaw darbtejn bi plejer anqas bi Cremonese iżda jiddominaw fil-ħin barrani. Fit-22 minuta tkeċċa għal Modena Luca Magnino wara ammonizzjoni doppja . Bi plejer anqas id-difiża ta’ Modena żammet sas-77 minuta meta minn azzjoni ta’ Cristian Buonaiuto kien David Okereke li għeleb lil Andrea Seculin. Fl-84 minuta Cremonese irduppjaw permezz ta’ Felix Afena Gyan. Minn partita magħluqa, fid-89 minuta kien Davide Diaw li minn penalty għeleb lil Mouhamadou Sarr. Minuta wara l-iskor sar 2-2 b’gowl ieħor ta’ Davide Diaw bil-partita tmur għal ħin barrani. Cremonese ddominaw fil-ħin barrani fejn wara li fil-111 -il minuta kien Leonardo Sernicola li minn pass ta’ Santiago Ascaciban għeleb lil Seculin, f’azzjoni simili fil-120 minuta l-istess Sernicola għalaq il-partita 4-2
Bologna 1-0 Cagliari
Fi Stadio Renato dall’Ara, bilanc assolut matul l-ewwel 45 minuta li matulha Francesco Bardi u Simone Aresti b’xi mod żammew l-iskor intatt. Matul it-tieni taqsima b’Bologna aktar fil-partita kellu jkun auto gowl ta’ Adam Obert fid-69 minuta li kien biżżejjed għal Bologna biex jgħaddu għar-rawnd li jmiss u fl-istess waqt taffew xi ftit id-diżappunti fil-Kampjonat.
//= $special ?>