Lokali

Dwar id-dikjarazzjonijiet tal-assi: Silvio Schembri jfarfar fuq Robert Abela

Fl-aħħar jiem kompliet tikber il-pressjoni fuq il-Gvern wara li ma ġewx preżentati d-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-PM, tal-Ministri u tas-Segretraji Parlamentari.

Net News saqsa lill-Ministru Silvio Schembri għaliex dawn id-dikjarazzjonijiet sa issa għadhom ma ġewx preżentati, bil-Ministru jagħżel li jfarfar fuq il-Prim Ministru.

Mistoqsi jekk hu preżentax id-dikjarazzjoni tiegħu, Silvio Schembri qalilna li effettivament preżentahom.

Mistoqsi iżda għaliex għad hemm dan id-dewmien, Silvio Schembri qalilna li hu biss il-Ministru tal-Ekonomija.

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal illi qed jistenna li Robert Abela jippubblika minnufih id-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu u tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari tiegħu għas-sena 2021.

Il-PN qal illi huwa inaċċettabbli li meta kważi għaddiet is-sena 2022, il-Prim Ministru għadu s’issa ma ppreżentax fil-Parlament id-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu u tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari tiegħu, kif inhu obbligu tiegħu li jagħmel.