Sport

Għawm: Magħrufa l-għawwiema li se jieħdu sehem fi Slovakia Swimming Cup

L-Assoċjazzjoni tal-iSport Akwatiku ta’ Malta ħabbret l-isem ta’ 23 għawwiema magħżula biex jirrappreżentaw lil Malta fl-iSlovakia Swimming Cup, li ssir f’Samorin bejn il-21 u t-23 ta’ Ottubru. Dawn huma:

Victoria Balderacchi, Sarah Demicoli Emily, Grech Carr Michael Stafrace, Kelsey Borg, Luke Ellul Sullivan, Andrea Mallia, Rudi Spiteri, Dylan Cachia, Kristina Fino, Simon Mallia, Sean Wareing, Nathan Cachia, Matthew Galea, Nathan McCleave, Thomas Wareing, Kristina Camenzuli, Maya Galea, Amy Micallef, Thomas Woods, Jon Paul Davis, Sasha Gatt u Nirvana Micallef.

L-għawwiema Maltin se jkunu qed jipparteċipaw f’total ta’ 86 avveniment bejniethom u huma akkumpanjati mill-Kowċ Nazzjonali Delon Dannhauser u mill-fiżjoterapista Darren Zammit.