Quddiem ir-realtajiet li qed jaffaċċjaw il-familji Maltin u Għawdxin, il-Gvern mhux biss għandu jibqa’ jitkellem dwar l-għoli tal-ħajja imma għandu joffri soluzzjonijiet konkreti. Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech wara żjara li kellu fil-lokalita taż-Żurrieq bħala parti mill-inizjattiva li qed jagħmel kull nhar ta’ Ġimgħa… fejn qed iqatta’ jum sħiħ man-nies f’lokalita partikolari.
Matul din iż-żjara fiż-Żurrieq, il-Kap tal-PN Bernard Grech kellu l-opportunità li jiltaqa’ ma’ nies differenti minn kull sfera tas-soċjeta. Bla dubju li dawk li tkellmu ma’ Bernard Grech semmewlu fost l-oħrajn il-problema dejjem tikber tal-għoli tal-ħajja.
Numru ta’ anzjani li tkellmu mal-Kap tal-PN urew it-tħassib tagħhom għall-fatt li bil-pensjoni li għandhom qed ilaħħqu bl-ezatt sal-aħħar tax-xahar… fejn sahanistra jkun hemm granet li qas biss ikunu jistgħu jagħmlu xi kapriċċi.

Bernard Grech għamel żjara fil-binja tal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq fejn hemmhekk intlaqa’ mis-Sindku Rita Grima. Huwa żar ukoll il-Knisja Acipretali taż-Żurrieq u nltaqa’ mal-Arċipriet Daniel Cardona.


Il-Kap tal-PN kellu wkoll l-opportunita li jiltaqa’ ma’ numru ta’ sajjieda fejn tkellmu miegħu dwar is-sodisfazzjon li jagħtihom dan ix-xogħol kif ukoll dwar numru ta’ sfidi li qed jaffaċċja s-settur tas-sajd. Huwa ltaqa’ wkoll ma’ numri ta’ operaturi tal-laneċ.
Preżenti għal dawn iż-żjarat flimkien ma’ Bernard Grech kien hemm id-Deputati Nazzjonalista Toni Bezzina u Stanley Zammit.
//= $special ?>