Illum jilhqu l-qofol taghhom il-konsultazzjonijiet li qed imexxi l-President Taljan Sergio Mattaerlla, sabiex ikun iffurmat Gvern ġdid. Dan wara r-rebħa elettorali ta’ Giorgia Meloni u l-koalizzjoni taċ-Ċentru-Lemin.
Il-laqgħa ta’ dalgħodu bdiet fl-1030, u apparti Giorgia Meloni kien hemm preżenti Silvio Berlusconi u anke Matteo Salvini.
Sorsi qed jindikaw li sal-lejla jaf ikollna l-formazzjoni tal-Gvern Taljan, bir-rwoli li se jitqassmu lill-Ministri rispettivi.
Meloni se ssir l-ewwel Prim Ministru mara fl-istorja tal-Italja.
Intant, qabel il-laqgħat fil-Quirinale, Silvio Berlusconi stqarr mal-ġurnalisti li l-koalizzjoni se tigarantixxi Gvern b’saħħtu għall-pajjiż.
//= $special ?>