Jeħtieġ li jkun hemm aktar taħriġ biex l-impjegati li jaħdmu mal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali jkomplu jsaħħu l-ħidma u l-għarfien taghom.
Hekk stqarr l-Awditur Ġenerali Charles Deguara f’kummenti lil Net News fejn tenna li dan it-taħriġ huwa l-investiment li l-aktar huwa meħtieġ.
“Aħna l-aqwa risorża huma l-ħaddiema, aħna iżjed minn żieda fin-nies, għalina aktar jeħtieġ li jsir taħriġ biex dawn il-ħaddiema jkomplu jżidu l-għarfien tagħhom u jagħmlu x-xogħol”
Mistoqsi wkoll dwar kemm jekk esponenti pubbliċi jikkoperawx mal-Uffiċċju tiegħu meta jkunu għaddejjin investigazzjonijiet, huwa qalilna li bosta drabi drabi isib koperazzjoni, iżda ma jistax jgħid li dejjem.
“Ma nistax ngħid dejjem, ġeneralment fil-maġġoranza tal-każi nsibu iżda koperazzjoni, speċjalment mis-Segretarji Permanenti”
Intant qabel saqsejna dawn id-domandi, l-Awditur Ġenerali flimkien mal-iSpeaker iltaqgħu mal-Awditur Ġenerali tal-Kroazja fejn qasmu xi ideat u ħsibijiet tas-sistemi tli jħaddmu iż-żewġ nazzjonijiet. L-ispeaker min-naħa tiegħu spjega kemm huwa importanti li jkun hemm trasparenza, filwaqt li tenna kemm hu kruċjali l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali.
//= $special ?>