Fulham 3-0 Aston Villa
F’partita li ddominaw għal ħinijiet twal , Fulham kisbu tliet punti importanti fejn telgħu fid-disa’ post fil-klassifika bi 15-il punt daqs Brighton.
Minkejja li Fulham kienu aktar fil-partita, matul l-ewwel taqsima kellhom jistennew sas-36 minuta biex fetħu l-iskor. b’gowl minn Harrison Reed li għeleb lil Emiliano Martinez. L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess l-aktar wara li fit-62 minuta Douglas Luiz tkecca għal Aston Villa. L-iskor sar 2-0 fit-68 minuta minn penalty mgħoti u skorjat mill-attakkant prolifiku Aleksandar Mitrovic sabiex fl-84 minuta auto gowl ta’ Tyrone Mings għalaq il-partita 3-0 għal Fulham.
Leicester City 2-0 Leeds United
Fil-King Power Stadium Leicester City għelbu lil Leeds United 2-0.
Konxji mis-sitwazzjoni prekarja fil-klassifika, Leicester City fetħu fuq l-offensiva u fis-17 -il minuta marru fil-vantaġġ minn auto-gowl ta’ Robin Koch li għeleb lil sieħbu Illan Meslier. Kibret il-pressjoni minn Leicester li fil-35 minuta irduppjaw. Minn azzjoni ta’Kieran Dewsbury Hall, kien Harvey Barnes li għeleb lil Meslier, 2-0 fi tmiem l-ewwel taqsima. Riżultat li baqa ma nbidilx fit-tieni taqsima b’Leicester jiksbu t-tieni rebħa tal-Kampjonat fejn bi tmien punti jinsabu biss punt taħt l-istess Leeds, Aston Villa u Wolves.
//= $special ?>