L-iktar logħba ta’ interess din il-ġimgħa fil-Premier League Ingliż hija bla dubju l-logħba bejn Chelsea u Manchester United fejn il-Blues ser jospitaw lir-Red Devils fi Stamford Bridge għada fis-6:30pm.
B’punt differenza bejn iż-żewġ timijiet, rebħa f’din il-partita tista tagħmel id-differenza kollha fil-ġlieda għar-raba’ post fil-kampjonat. Iż-żewġ timijiet jinsabu b’logħba inqas hekk kif Tottenham Hotspurs lagħbu 11-il logħba u kisbu 23 punt u jinsabu fir-raba’ post. Chelsea lagħbu 10 logħbiet u kisbu 20 punt filwaqt li Manchester United ukoll lagħbu 10 logħbiet u għandhom 19-il punt u jinsabu fil-ħames u sitt post rispettivament.
L-iskwadra mmexxija minn Graham Potter ma tilfux fl-aħħar ħames logħbiet u ġew miżmuma minn Brentford il-logħba li għaddiet, filwaqt li Mnachester United rebħu l-aħħar logħba tagħhom b’wirja impressjonanti kontra Tottenham Hotspurs.
Il-plejers mhux disponibli għal Chelsea huma: Connor Gallagher, Wesley Fofana, Reece James u N’Golo Kante filwaqt li l-plejers mhux disponibli għal Manchester United huma: Harry Maguire, Anthony Martial, Donny Van De Beek, Brandon Williams, Aaron Wan Bissaka, Axel Tuanzabe u Cristiano Ronaldo
Il-logħob kollu din il-ġimgħa:
Is-Sibt
1:30pm
Nottingham Forest v Liverpool
4:00pm
Everton v Crystal Palace
Manchester City v Brighton & Hove Albion
6:30pm
Chelsea v Manchester United
Il-Ħadd:
3:00pm
Aston Villa v Brentford
Leeds United v Fulham
Southampton v Arsenal
Wolves v Leicester
5:30pm
Tottenham Hotspurs v Newcastle United
It-Tnejn:
9:00pm
West Ham United v Bournemouth
//= $special ?>