Matthias Mizzi
SIRENS…………………………3
ŻEBBUĠ RANGERS……3
Sirens: A. Cassar, G. Camilleri, M. Muniz, R. Tachikawa, W. De Oliveira (W. Da Silva), S. Cipriott, A. Cini, V. De Vale, G. Ventura, D. Jackson, E. Siraj (M. Maggi 76’)
Żebbuġ R.: J. Azzopardi, S. Bugeja, L. Da Silva, T. Bartolo (G. Mifsud 56’), W. Santos, Y. Tonna (J. Sciberras 81’), A. Mizzi (K. Bondin 65’), C. Ngoy, R. Vella (G. Gesualdi 56’) , A. Maldonado, S. Miloskovic
Imwissija: R. Vella 45 + 1’ (ŻBĠ), G. Camilleri 47’ (SIR), T. Bartolo 52’ (ŻBĠ), W. Santos 66’ (ŻBĠ), L. Almeida 78’ (SIR)
Skorjaw: C. Lokoli 9’ (ŻBĠ), S. Cipriott 10’ (SIR), C. Lokoli 16’ (ŻBĠ), C. Lokoli 38’ (ŻBĠ), W. Santos (OG) (SIR) 50’, P. De Vale (SIR) 67’
Referee: Malcom Spiteri
Assistenti Referees: Jurgen Spiteri & Edward Spiteri
In-Nazzjon Plejer tal-Logħba: Charles Lokoli (ŻBĠ)
BOV Plejer tal-Logħba: Charles Lokoli (ŻBĠ)
F’partita kkaratterizzata minn sitt gowls, Sirens kienu kapaċi jirkupraw żewġ gowls minn taħt fit-tieni taqsima biex tellfu t-tliet punti lil Żebbuġ. It-tripletta ta’ Lokoli fl-ewwel taqsima ġegħlet liż-Żebbuġin jirrilassaw xi ftit, bit-tim ta’ San Pawl il-Baħar qam għall-okkażjoni u akkwista punt minn partita li kienet mitlufa fl-ewwel parti tagħha.
Żebbuġ fetħu l-iskor kmieni fil-partita meta fid-disa’ minuta Charles Lokoli Ngoy baqa’ għaddej minn mad-difensuri ta’ San Pawl il-Baħar u b’xutt ċentrali għadda l-ballun minn taħt Andrea Cassar. Żebbuġ ma tantx damu jgawdu dan il-vantaġġ hekk kif minuta biss wara Sean Cipriott ġab l-iskor indaqs b’xutt mal-ewwel minn barra l-kaxxa. Il-partita kompliet tiżvolġi f’waħda mill-iktar interessanti hekk kif ftit wara Charles Ngoy għaqqad id-doppjetta personali b’xutt fil-baxx, li ħabat mad-difensur ta’ Sirens qabel ma daħal fix-xibka. Iż-Żebbuġin komplew jimpressjonaw tant li fis-26 minuta huma setgħu faċilment kabbru l-vantaġġ minn azzjoni personali oħra din id-darba ta’ Maldonado Soto. Intant Sirens wieġbu man-nofsiegħa logħob b’daqqa ta’ rass tal-Ġappuniż Rei Tachikawa li ġiet salvata b’diffikultà minn Jamie Azzopardi. Ġurnata mill-aqwa għal Lokoli hekk kif fit-38 minuta huwa għaqqad it-tripletta meta qabbeż il-ballun minn fuq Cassar wara ħarġa ħażina tal-istess goalkeeper.
Fit-tieni taqsima, mal-50 minuta logħob Sirens reġgħu daħlu fil-partita meta minn azzjoni maħduma tajjeb, Tachikawa baqa’ dieħel b’ġirja veloċi bix-xutt tiegħu ddevja għal ġox-xibka mill-Brażiljan ta’ Żebbuġ, Wilker Santos. B’Sirens ifittxu l-gowl tad-dro, mas-siegħa logħob Rei Tachikawa għamel kollox tajjeb iżda minn taħt il-lasta spara għoli. Kontra kull mistenni fis-67 minuta t-tim immexxi minn Wiston Muscat ġab l-iskor indaqs meta minn kross il-ballun waqa’ quddiem Azzopardi u nganna bid-difiża, b’Paulo De Vale żmarka lid-difensuri u tefa ġewwa b’daqqa ta’ ras. Wara dan il-gowl iż-żewġ timijiet naqsu milli joħolqu attakki perikolużi biex ir-riżultat intemm f’wieħed ġust għaż-żewġ naħat.
//= $special ?>