Wara lejl twil ta’ diskussjonijiet, il-mexxejja tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea qablu mal-pjan tal-Kummissjoni Ewropea biex ikun hemm ‘roadmap’ bil-għan li fi żmien ftit ġimgħat jidħlu fis-seħħ miżuri li jrażżnu ż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija
Is-Summit intemm għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu fejn kien maqbul li l-eżekuttiv tal-Unjoni Ewropewa kif ukoll il-Ministri responsabbli mis-settur tal-Enerġija għandhom jissottomettu deċiżjonijiet konkreti sabiex jiżdiedu l-miżuri ħalli jitnaqqas l-effett tal-kriżi tal-eneġerija, li bħalissa għaddejja minnha l-Ewropa kollha minħabba l-gwerra fl-Ukrajna.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola von der Leyen qalet li dan il-qbil huwa pass ‘il quddiem biex l-Unjoni Ewropea tkompi taħdem bil-għan li tittaffa din il-kriżi li qed tolqot lid-dinja kollha.
Għalkemm jidher li l-pajjiżi Ewropej qablu kollha, in-negozjanti li se jsiru fil-jiem li ġejjin xorta jidher li se jkun diffiċli …u hemm problemi biex jintħalaq qbil unanimu. Dan hekk kif kien nibtu battibekki twal fuq il-prezzijiet tal-enerġija, bil-Ġermanja tirrifjuta li tillimita l-prezz tal-gass.
Min-naħa tiegħu, il-President Franċiż Emmanuel Macron qed jgħid li b’din id-deċiżjoni, il-Ġermanja kienet qed tiżola ruħha.
Il-Ġermanja, li għandha l-ikbar ekonomija mill-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni Ewropea, qed tmexxi numru żgħir ta’ pajjiżi li s’issa irreżistew t-talba minn 15-il pajjiż biex jillimataw il-prezz tal-gass. Dan peress li l-Ġermanja qed issostni li dan se jwassal biex ikun hemm riskju li l-fornituri tal-gass ma jibqgħux jagħtu provvisti lill-pajjiżi Ewropej.
//= $special ?>