Lokali Qorti

Talba oħra lill-Maġistrat Lia biex tirrikuża ruħha dwar il-każ ta’ theddid kontra Robert Aquilina

Il-Maġistrat Nadine Lia

Saret talba oħra minn Robert Aquilina biex il-Maġistrat Nadine Lia tirrikuża ruħha mill-każ dwar allegat theddied fil-konfront tiegħu fuq Facebook minn raġel. It-talba saret lilha stess fil-Qorti tal-Maġistrati wara li hija kienet diġa ċaħdet talba konġunta mill-partijiet fil-każ milli tippresjedi proċeduri kriminali kontra Joseph Schembri mixli dwar theddid li sar lill-president tal-NGO Repubblika, Robert Aquilina.

Fl-10 ta’ Otubru li għadda, l-akkużat, Joseph Schembri kien deher il-Qorti biex jiffaċċja akkużi relatati ma’ tixwix għall-mibegħda kontra Aquilina, wara li Schembri kiteb li Aquilina “ħaqqu li jiġi mdendel ma’ l-eqreb arblu,” f’kumment fuq Facebook. Aquilina qed jitlob biex il-kawża tinstema’ minn Maġistrat ieħor.

Nhar l-Erbgħa l-Qorti Kostituzzjonali kienet ordnat lill-Maġistrat Nadine Lia biex ma tippresidiex il-kawża dwar il-Bank Pilatus wara li hija kienet ma laqgġet it-talba biex tagġmel dan minn Repubblika. L-Avukat Jason Azzopardi, li qed jirrappreżenta lil Aquilina, talab lill-maġistrat biex jastjeni milli jisma’ l-każ.

Fl-10 ta’ Ottubru Azzopardi kien iddetta nota fil-Qorti, fejn qal li fil-ġimgħat li għaddew il-klijent tiegħu kien ikkonfrontat barra l-qorti mill-kunjatu tal-maġistrat, l-avukat Pawlu Lia, li kien talab “b’mod aggressiv” lil Aquilina ma jibqax isemmi r-rabtiet familjari tal-maġistrat miegħu u biex iħalli lill-familja tiegħu bi kwieta.

Azzopardi sostna li fuq il-bażi ta’ dak l-inċident, id-dritt tal-klijent tiegħu għal smigħ xieraq qed ikun miksur jekk il-maġistrat ma tirrikużax ruħha. Il-Qorti dak inhar daret għall-prosekuzzjoni, u staqsiet fejn tinsab dwar il-kwistjoni. L-ispettur wieġeb li jaqbel mal-argumenti li għamlu kemm Azzopardi kif ukoll Aquilina. Minkejja dan Lia xorta ma laqgħetx it-talba.

L-akkużat, Schembri, kien ikkummenta taħt il-post fejn kiteb li Aquilna għandu jiġi mdendel. Aquilina qal li kien ippreżenta rapport tal-pulizija dwar l-azzjonijiet ta’ Schembri, fejn spjega li ta’ spiss kien jirċievi theddid, u qal li martu u wliedu wkoll ġew mhedda u ġew offruti protezzjoni tal-pulizija.

L-avukat difensur Joe Sammut qal lill-Qorti li l-klijent tiegħu ma kellu l-ebda intenzjoni li jkun vjolenti jew li jinċita lill-vjolenza, u li frażijiet bħal dawn “kienu komuni fin-Nofsinhar ta’ Malta.” Il-Maġistrat Lia kienet qaet li l-kawża hija differita għas-16 ta’ Jannar, u qalet li kien hemm ħafna dokumenti li kellha teżamina.

Ordni bla preċedent mill-Qorti Kostituzzjonali

Aquilina qal dan ir-rikors qed ikollu jsir in vista u wara s-sentenza tal-Prim’Awla tal-Qorti Civili (sede Kostituzzjonali) tad-19 ta’ Ottubru 2022, mogħtija milI-Imħallef Ian Spiteri Bailey, fl-ismijiet REPUBBLIKA vs l-Avukat tal-iStat li ħarġet ordni bla preċedent fl-istorja tal-Qrati tagħna biex il-kawza ta’ challenge miġjuba minn REPUBBLIKA, li taghha Robert Aquilina huwa l-President, kontra l-Kummissarju tal-Pulizija u li qed tinstema’ minn din il-Qorti kif presjeduta ma tibqax tinstema’ mill-Maġistrat Lia kif preseduta iżda tkun assenjata lil Magistrat iehor u dan ghar-ragunijiet u premessi dettaljatament imsemmija fl-istess sentenza.

Fost oħrajn, tali raġunijiet jinkludu li l-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili (sede Kostituzzjonali) sabet li kif kien qal in-Nutar Robert Aquilina bil-ġurament tiegħu quddiemha, kien hemm diverġenzi notevoli bejn dak li xehed huwa, l-membri ta’ REPUBBLIKA preżenti fl-awla quddiem din il-Qorti kif preseduta u l-media (li kienet irrapurtat dak li kien ġara waqt seduta, kontra dak li l-Qorti qalet f’digriet tagħha li kien seħħ. Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili (sede Kostituzzjonali) għażlet li temmen lin-Nutar Robert Aquilina u r-rapporti tal-media.

Aquilina qal li l-Prim’Awla tal-Qorti Civili innutat ostilità partikolari min naha tal-Maġistrat sedenti lejn REPUBBLIKA u lejn in-Nutar Aquilina u li kellhom raġun jitolbu mill-ewwel ir-rikuża tal-Maġistrat sedenti li kien imissha tirrikuża ruħha mill-ewwel, iżda spicċċw jitolbuha tliet darbiet liema talbiet kienu gew miċħuda

Il-Prim’Awla innutat li l-Magistrat Lia m’uzatx l-istess riga taghha stess f’tal-anqas erba’ circostanzi u kawżi oħra u preċedenti meta kienet ġustament irrikużat ruħha biex il-Ġustizzja tidher li qed issir, iżda użat riga differenti biex ċaħdet it-tliet talbiet ta’ rikuża li sarulha mill-parte civile tal-llum

Il-Prim’Awla innutat li din il-Qorti kif presjeduta kienet irreferiet bhala “incident spontaneju” minghajr lanqas biss semghet lill-partijiet, dak il-fatt li dwaru Robert Aquilina ikkonferma quddiemha bil-ġurament tiegħu dwar meta l-kunjatu tal-Maġpistrat sedenti kien aggredih verbalment fil-pubbliku u dan wara li Robert Aquilina kien talab ir-rikuża tal-Maġistrat Lia.

Ir-rikors jgħid li il-parte civile tfakkar li n-Nutar Aquilina m’għandu ebda mezz kif iħares is-sigurtà tiegħu u tal-familja tiegħu minn diversi istanzi ta’ theddid, anonimi u le, li ilu jirċievi kemm ilu President ta’ REPUBBLIKA, hlief billi jirrikorri ghal dawn il-Qrati f’kawżi bhal din, liema Qrati jistennihom li josserva d-dettami ta’ Qorti imparzjali, u li f’dawn il-kawżi jistenna l-uniku rimedju legali li jista’ jkollu għall-protezzjoni sa fejn huwa legalment possibbli.

Organiżazzjonijiet barranin urew tħassis għas-sigurtà ta’ Aquilina

Tant kemm hu serju t-theddid li Robert Aquilina irċieva u għadu jirċievi li anke organizzazzjonijiet barranin bhal Scottish PEN reċentement kitbu lill-awtoritajiet Maltin (inkluż lill-Prim Ministru u l-Kummissarju tal-Pulizija)  fejn urew it-tħassib tagħhom għas-sigurta ta’ Robert Aquilina u l-familja tiegħu u talbu protezzjoni ħhalih u ghall-familtu. Frontline Defenders ukoll fl-aħħar xhur urew il-preokkupazzjoni serja tagħhom u saħansitra kellhom jipprovdu lill-Aquilina b’għajnuna ta’ sigurtà għalih u ghall-familtu.

Persuna li tinsab akkużata quddiem il-Qorti b’theddid lil Aquilina, waqt l-interrogatorju tiegħu, ammetta li kien segwa l-passi ta’ Aquilina u l-familja tiegħu diversi drabi, inkluż fi Knejjes. I Il-parte civile, konxja li r-rikuża fis-seduta preċedenti qudddem din il-Qorti ma intalbitx b’mod kappriċċuż u tant kemm hu hekk ingħatat ragun mill-Prim’Awla tal-Qorti Civili (sede Kostituzzjonali).