Futbol Sport

Juventus jirbħu b’wirja konvinċenti kontra Empoli

(Ritratt: EPA)

Juventus kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta fl-Allianz Stadium rebħu faċilment lil Empoli 4-0. Din kienet l-ewwel darba dan l-istaġun li l-Bianconeri rebħu żewġ logħbiet konsekuttivi fil-kampjonat.

Juventus fetħu l-iskor wara tmien minuti meta kien Moise Kean li kompla ġewwa minn kross ta’ Kostic. Bl-ewwel taqsima tintemm 1-0 favur Juventus, it-tim immexxi minn Max Allegri għamilhom tnejn fis-56 minuta b’daqqa ta’ ras mill-isbaħ ta’ McKennie minn korner ta’ Cuadrado. L-istess Cuadrado fit-82 minuta reġa provda kross minn korner din id-darba fid-direzzjoni ta’ Adrien Rabiot li bir-ras għeleb lil Guglielma Vicario, li għalkemm dan deher li tajjar il-ballun minn fuq il-linja il-goal line technology ikkonfermat il-goal. Juventus u Rabiot ma kienux kuntenti bi 3-0 u fir-raba’ minuta ta’ ħin miżjud il-Franċiż issiġilla r-rebħa. Ħarba tajba mal-linja ta’ Danilo li tefa’ kross preċiż u fil-baxx fuq it-tieni lasta b’Rabiot jkun fil-pożizzjoni t-tajba biex bi prattikament b’lasta vojta tefa’ ġewwa għal skor finali ta’ 4-0 favur Juventus.

Logħob li jmiss:

Illum:

15:00 – Salernitana vs Spezia

18:00 – Milan vs Monza

20:45 – Fiorentina vs Inter

Għada:

12:30 – Udinese vs Torino

15:00 – Bologna vs Levve

18:00 – Atalanta vs Lazio

20:45 – Roma vs Napoli

It-Tnejn:

18:30 – Cremonese vs Sampdoria

20:45 – Sassuolo vs Verona