Rowen Camilleri
VALLETTA………0
GŻIRA U…………..0
Valletta: A. Guarnone, J. Borg, R. Camilleri, T. Caruana (L. Cremona 88’), O. Akpoveta (S. Dimech 79’), C. Gauci, E. Pena Beltre, B. Kamdem, B. Paiber, J. Willy, K. Bevis
Gżira U: D. Zarkov, G. Bohrer, L. Tabone, S. Pisani (B. Borg 72’), Z. Scerri, M. Dias, L. Riascos, T. Kolega, M. Cosic, M. Maia (R. Correa 71’), J. De Assis
Imwissija: T. Caruana 63’, J. Willy 65’ (V), L. Riascos 79’ (G)
Skorjaw: L. Riascos 90’ (G)
Referee: Fyodor Zammit
Assistenti Referees:Duncan Sultana u Thomas Debono
Il-Mument Plejer tal-logħba: Toni Kolega (Gżira United)
BOV Plejer tal-logħba: Toni Kolega (Gżira United)
Fl-aħħar partita tas-Sibt fl-Istadium Nazzjonali Gżira United u Valletta spiċċaw fi draw ta’ mingħajr gowls. Bl-ewwel taqsima tkun waħda bi ftit li xejn azzjonijiet, l-andament fl-aħħar nofs siegħa inbidel bi Gżira jkunu l-aktar perikolużi. Madankollu Valletta żammew sodi biex ħadu punt minn partita li fuq il-karta kienet waħda diffiċli għalihom.
Bidu kwiet u l-ewwel azzjoni waslet wara 20 minuta meta Paiber avvanza mal-mija u tefa’ kross insidjuż fil-baxx li Zarkov tajjar fil-ħin qabel mal-ballun wasal għand Akpoveta. Għaxar minuti wara Kolega għal Gżira jidħol fil-kaxxa u tefa’ ballun li deher perikoluż iżda d-difiża Beltija tajret fil-ħin. Minuta wara Brandon Paiber minn azzjoni personali jipprova minn barra l-kaxxa bil-ballun jgħaddi għoli. L-ewwel taqsima spiċċat kif bdiet fi draw ta’ 0-0 bl-azzjonijiet ikunu ftit li xejn miż-żewġ naħat.
L-andament fil-bidu tit-tieni taqsima baqa’ wieħed nieqes mill-azzjonijiet bl-ewwel xutt lejn il-lasti jasal fit-62 minuta minn Barndon Paiber li ttanta xortieh minn barra l-kaxxa bil-goalkeeper Zarkov jilqa’ f’żewġ tentattivi. Minuta wara fuq in-naħa l-oħra tentattiv ukoll minn barra ta’ Toni Kolega li ukoll kien milqugħ minn Guarnone. Fid-69 minuta l-istess Kolega reġa mar viċin wara azzjoni personali bix-xutt b’saħħtu tiegħu jgħaddi mħakkek mal-mimduda. Fit-73 minuta Gżira għal darb’oħra viċin din id-darba permezz tal-attakkant prolifiku Jefferson De Assis li prova jqabbeż bir-ras minn fuq Guarnone bil-ballun jgħaddi ftit barra. Fis-86 minuta free-kick għal Gżira mogħti minn Bohrer li deher iddestinat għal l-lasta iżda kien devjat f’korner mill-barriera. Fid-89 minuta Valletta kellom attakk interessanti meta s-sostitut Shaun Dimech żmarka ruħu mill-pass ta’ Pena Beltre iżda l-attakkant Internazzjonali Malti ħa l-ballun ħażin u spiċċa f’idejn Zarkov. Fid-90 minuta Gżira spiċċaw b’għaxra meta Luis Riascos dabbar it-tieni karta safra. Ftit wara Fyodor Zammit saffar tmiem il-partita biż-żewġ timijiet jieħdu punt kull wieħed li fl-aħħar mill-aħħar kien meritat.
//= $special ?>