Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara inċident f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Ġwann

Raġel, li l-identità tiegħu għadha s’issa mhux magħrufa, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ sular f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Ġwann.

Il-każ seħħ fil-1130hrs tas-Sibt filgħodu fi Triq Ugo Carbonaro fejn għal xi raġuni r-raġel waqa’ bil-konsegwenza li ġarrab ġrieħi serji.

Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Gabriella vella li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.