Ħaddiem ta’ 52 sena weġġà gravi wara li indarab f’sit ta’ kostruzzjoni. Dan il-każ seħħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu, fejn il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Isouard, San Pawl il-Baħar.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 52 sena residenti San Pawl il-Baħar, kien qiegħed jagħmel xi xogħol waqt li kien fuq travu tal-ħadid, żelaq, bil-konsegwenza li waqa’ fuq l-istess travu.
Ħaddiem ieħor għen lill-vittma biex ma jaqax għal isfel, fejn issejaħ tim mediku u ambulanza ħadet ir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>