Il-Gvern għandu jassigura li jinkludi investiment b’saħħtu fil-budget favur l-edukazzjoni ta’ uliedna hekk kif sena wara sena t-tmexxija Laburista tat il-ġenb lil dan is-settur.
Dan qalu l-President tal-Unjin tal-Għalliema, Marco Bonnici waqt il-programm NETLive ppreżentat minn Robert Cremona fejn kompla li hemm diversi fatturi li qed jagħtu daqqa ta’ ħarta lill-edukazzjoni.
Fejn jidħol l-investiment għas-settur edukattiv, Marco Bonnici qal li mhux talli kważi mhu jsir xejn talli l-Gvern qed jara kif inaqqas il-fondi minn dan is-settur.
Dan hekk kif il-President tal-MUT qal li l-kwalità tat-tgħalim spiċċat mhix ta’ livell għoli.
Marco Bonnici qal li hemm bżonn investiment kontinwu u mhux skejjel li qed jitwarbu mill-bżonnijiet meħtieġa.
Fl-aħħar tliet snin u nofs, il-Gvern tal-Labour poġġa’ xejn inqas minn erba’ Ministri tal-Edukazzjoni, bl-aħħar wieħed ikun il-Ministru Clifton Grima… bir-rata tal-għalliema li jitilqu mis-settur, sfortunatament, ikompli jiżdied.
//= $special ?>