Futbol Sport

Illum l-aħħar logħba għal Franck Ribery

Gonzalo Higuain ukoll temm il-karriera tiegħu din il-ġimgħa

Illum wara nofsinhar se tkun l-aħħar logħba uffiċjali għal Franck Ribery li ħabbar li se jkun qed jirtira wara injury li jidher li żammet li dan il-player milli jkompli jilgħab. It-tim ta’ Salernitana se jkun qed jilgħab f’dahru kontra t-tim ta’ Spezia illum fit-15:00.

Ribery kellu karriera mill-isbaħ fejn fost l-oħrajn lagħab ma’ Metz u Marseille fi Franza, Galatasaray fit-Turkija, Bayern Munich fil-Ġermanja u Fiorentina u Salernitana fl-Italja.

Fost l-aktar unuri li rebaħ kienu l-kampjonat Ġermaniż għal disa’ darbiet, ċ-Champions League u l-Fifa Club World Cup.

Ribery irrappreżenta lit-tim nazzjonali Franċiż għal wieħed u tmenin darba fejn skurja sittax-il goal.

L-aħbar ta’ Ribery kienet it-tieni waħda f’ġimgħa wara li Gonzalo Higuain lagħab l-aħħar partita tiegħu ma’ Inter Miami wara karriera mill-isbaħ ma’ River Plate f-Arġentina, Real Madrid fi Spanja, Napoli, Juventus u Milan fl-Italja u Chelsea f l-Ingilterra. Il-Pipita lagħab ukoll għat-tim Nazzjonali tal-Arġentina 75 darba u skorja 31 gowl.