Ħafna użaw bil-moħbi s-sit Miniclip waqt xi lezzjoni tal-IT li kienet toffri logħob varjat għat-tfal u ż-żgħażagħ. Sfortunatament, is-sit mhux se jibqa’ joffri l-istess attivitajiet li wieħed kien isib qabel.
L-aħbar ingħatat fuq Twitter hekk kif hu mifhum li l-kumpanija Miniclip mhix se tkun qed ittemm ix-xogħol tagħha iżda s-sit se jibqa’ joffri biss żewġ logħbiet – 8 Ball Pool u Agar.io.
L-iktar fattur li possibilment wassal għal dan kien il-fatt li Adobe Flash spiċċa fl-aħħar tal-2020 – dak li ħafna mill-logħob kienu jużaw.
//= $special ?>