Sport

Jake Castaldi jirbaħ it-TGS Malta Fair Play Award

Il-Malta Fair Play Movement ħabbar is-seba’ TGS Malta Fair Play Award, b’kolaborazzjoni mal-Għaqda Ġurnalisti Sports u Together Gaming Solutions.

Dan il-premju huwa intiż għal dawk fil-qasam tal-isport kemm fuq livell individwali jew bħala tim għal mod altruwistiku f’kompetizzjoni lokali.

It-tielet unur għas-sena 2022, li jkopri l-perjodu bejn Lulju u Settembru ngħata lil Jake Castaldi. Il-plejer tal-blackball pool li għandu 12-il sena ammetta li kkommetta foul, bir-referi u dawk preżenti li ma ndunawx b’dan kollu.
Castaldi tilef il-frame deċiżiv li eventwalment wassal biex it-tim tiegħu Ħamrun 147 C jitlef il-finali tar-Regional Knockout kontra Birkirkara Dukes A. Madanakollu Castaldi rċieva l-applaws minn dawk preżenti wara dan il-ġest sportiv.

Il-preżentazzjoni tat-TGS Malta Fair Play Award saret fil-preżenza ta’ Andrea Critien mid-Dipartiment tal-Finanzi u r-Riżorsi Umani, u Benjamin Delsinger Direttur Maniġerjali ta’ Together Gaming Solutions. Charles Camenzuli kien preżenti f’isem il-Malta Fair Play Movement flimkien ma’ Lorraine Cunningham Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġuranlisti Sports.