Fit-tielet programm SPORT EXTRA li se jixxandar għada mill-17:15 ‘il quddiem fuq NetTelevision , fl-ewwel parti intervista mal-judoka KATRYNA ESPOSITO li dan l-aħħar rebħet il-midalja tal-bronż fil-Logħob tal-Commonwealth f’Birmingham.
Fl-ewwel parti servizzi dwar pickleball, time trials tal-għawm u powerboats.Mistieden specjali fit-tieni parti tal-programm huwa PAUL SULTANA , President tal-Malta Basketball Association fejn spjega is-sistema li qed tkun adottata fl-MBA Shield fejn jirbaħ it-tim li jgħamel l-ewwel 75 punt. Riferenza wkoll għal Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa – MALTA2023 fejn Paul Sultana huwa chef-de-mission tal-kontingent Malti.
Muntaġġi tas-servizzi u assistenta tal-produzzjoni Samira Cachia Spiteri u filmati minn Liam Briffa.
//= $special ?>