I-timijiet Maltin li qed jieħdu sehem fil-kampjonati tad-Dinja tal-Pool fl-Irlanda komplew jiksbu aktar riżultati pożittivi.
It-tim tal-Irgiel kiseb rebħa konvinċenti ta’ 13-8 fuq il-Belġju. Aktar qabel it-tim Malti safa megħlub 12-9 mit-tim nazzjonali Ingliż rebbieħ tal-aħħar edizzjoni tat-Kampjonati.
Aktar tard it-tim Malti kien impenjat kontra Franza. Iz-zgħazagħ ta’ taħt il-25 sena kisbu rebħa ta’ 5-4 fuq Franza biex issa jinsabu fl-ewwel post bi tliet rebħiet.
It-tim ta’ ‘l fuq minn 50 sena tliet rebħiet ta’ 13-12 fuq l-Irlanda, 15-10 fuq Franza u 14-11 fuq l-Awstralja
Fil-kampjonati tad-doubles Kevin Mericea ma’ Wayne Bonnici u Ryan Pisani ma’ Gary Carr fil-fażi tal-aħħar sittax għelbu lill-koppja Awstraljana Jake Mccartney u Jasley Dimer 6-2. Nhar it-tlieta huma jilagħbu kontra Declan Brennan u Ronan Mccarthy tal-Irlanda fil-Kwarti tal-Finali.
//= $special ?>