Rowen Camilleri
ĦAMRUN S………..2
MOSTA……………….1
Ħamrun S: P. Sanchez, S. Borg, M. Guillaumier, L. Montebello (J. Soares 64’), V. De Freitas (S. Attard 87’), E. Domingos, O. Bjelicic (M. Fedele 70’), J. Corbalan, J. Robert (E. Mashike 64’), E. Marcelina, R. Camenzuli
Mosta: I. Akpan, R. Briffa (G. Sciberras 64’), C. Ememe, D. Bonnici, C. Failla, B. Diarra, J. Akrong, G. Acheamong, S. Kingue, J. Vassallo, Z. Brincat
Imwissija: L. Montebello 27’ (Ħ)
Skorjaw: L. Montebello 25’ (pen ), M. Guillaumier 82’(Ħ) C. Ememe 60’ (M)
Referee: Alex Johnson
Assistenti Referees: Duncan Spencer u Paul Apap
BOV Plejer tal-Logħba: Christ Ememe (Mosta)
Il-Mument Plejer tal-logħba: Duane Bonnici (Mosta)
Ħamruns Sprtartans kellhom jistennew sat-82 minuti biex assiguraw minn tliet punti kontra Mosta li minn naħa tagħhom taw daqs kemm qalgħu, speċjalment fit-tieni taqsima. Il-gowl tar-rebħa wasal minn Matthew Guillaumier wara kross tas-sostitut Matteo Fedele. Fl-aħħar sekondi il-goalkeeper ta’ Pablo Sanchez kien l-eroj ta’ Ħamrun b’save mill-isbaħ eżatt qabel it-tisfira finali.
L-ewwel xutt perikoluż wasal wara 11-il minuta minn Ryan Camenzuli ta’ Ħamrun li wara li avvanza waħdu lejn in-nofs prova minn tarf il-kaxxa iżda l-konklużżjoni tiegħu marret ftit barra. Fl-24 minuta Mosta fuq l-offensiva u Sanchez għall-ewwel darba mpenjat meta kellu jilqa’ b’diffikultà x-xutt perikoluż ta’ Zachary Brincat qabel mad-difiża tajret il-periklu. Minuta wara Ħamrun Spartans ingħataw penalty wara li Roderick Briffa deher iwaqqa’ lil De Freitas fil-kaxxa. Mill-11-il metru kien LUKE MONTEBELLO li tefa’ l-ballun naħa u l-goalkeeper Mosti n-naħa l-oħra. Mosta marru ferm viċin il-gowl tad-draw fit-33 minuta meta Christ Ememe provda kross fil-baxx li żbilanċja lil Pablo Sanchez iżda Duane Bonnici b’lasta vojta ħabbat il-ballun mal-ġenb tax-xibka. L-iskor sa’ tmiem l-ewwel taqsima baqa’ dak ta’ 1-0 favur l-Ispartans.

Mosta ħarġu ferm aħjar mill-avversarji fit-tieni taqsima u fil-55 minuta Acheampong u Bonnici bidlu l-ballun bejniethom b’dan tal-aħħar jipprova xutt minn qagħda angulata li iżda mar barra. Erba’ minuti wara kien Zachary Brincat li mpenja lil Sanchez b’xutt b’saħħtu bl-Ispanjol ikollu jdawwar f’korner. Mas-siegħa logħob Mosta ġabu d-draw meritat meta l-kross ta’ Failla sab lil CHRIST EMEME li b’daqqa ta’ ras għeleb lil Sanchez. Bil-logħba tkun nieqsa minn azzjonijiet perikolużi fil-81 minuta free-kick tas-sostitut Soares li għal ftit ma qarraqx b’Akpan li kellu jdawwar f’korner. Minuta wara Ħamrun skorjaw il-gowl tar-rebħa. Kien korner tas-sostitut Matteo Fedele fil-kaxxa ż-żgħira li sab lil MATTHEW GUILLAUMIER fil-post il-preċiż li kompla għal ġewwa. Fl-aħħar sekondi tal-partita Pablo Sanchez wettaq save brillanti fuq daqqa ta’ ras ta’ Steve Kingue bir-referee Philip Farrugia jsaffar tmiem il-partita eżatt wara din l-azzjoni u b’Ħamrun jieħdu tliet punti oħra li jżommuhom fil-quċċata.
//= $special ?>