Internazzjonali Unjoni Ewropea

Messaġġi ta’ inkoraġġiment bejn Roberta Metsola u Giorgia Meloni

Fl-aħħar sigħat twasslu messaġġi ta’ inkoraġġiment bejn il-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola u l-ewwel Prim Ministru mara fl-Italja, Giorgia Meloni hekk kif is-Sibt filgħodu Meloni ħadet il-ġurament tal-ħatra.

F’messaġġ fuq Twitter, Metsola qalet li l-Ewropa qed taffaċja diversi sfidi, bil-kontinent għandu bżonn l-Italja biex tgħeleb dawn l-isfidi, fosthom dawk b’rabta mal-gwerra fl-Ukrajna.

Minn naħa tagħha, Meloni qalet li fix-xhur li ġejjin se tkun qed taħdem għal Ewropa iktar b’saħħitha filwaqt li lesta tkompli d-diskussjonijiet pożittivi mal-Unjoni Ewropea bħalma kellha fix-xhur li għaddew.