Sarah Storey rebħet id-19-il titlu dinji tagħha hekk kif ir-Renju Unit ħadu magħhom sitt medalji tad-deheb fit-tieni ġurnata tal-Para Cycling Track World Championships. B’din ir-rebħa Storey terġa tikkonferma ruħa bħala l-iktar paralympian li rebħet medalji tad-deheb.
Neil Fachie u Matthew Rotherham rebħu l-1000 metru time trial hekk kif temmew qabel James Ball u Steffan Lloyd. Fil-Women’s tandem individual kienu Sophie Unwin u Jenny Holl li rebħu l-medalja tad-deheb hekk kif irnexxilhom jegħlbu lil Lizzie Jordan u Corrine Hall.
//= $special ?>