Futbol Internazzjonali Sport

Possibiltà ta’ tpartit bejn Ronaldo u Joao Felix

Manchester United qed jissemmew li jistgħu jakkwistaw l-attakkant ta’ Atletico Madrid Joao Felix –bil-possibbiltà li Cristiano Ronaldo jimxi fit-triq opposta. Felix irid iħalli lill-klabb tal-kapitali Spanjola fl-aktar opportunità kmieni possibbli u idealment fit-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar, wara li jirriżulta li mhuwiex il-favorit tal-Manager Diego Simeone.

Huwa lgħab 90 minuta sħaħ darba biss fil-kampjonat – u m’għadux meqjus bħala l-player ewlieni għal Los Rojiblancos. Ronaldo, ta’ 37 sena, ilu bl-intenzjoni li jitlaq minn mal-United għal dawn l-aħħar erba’ xhur wara li r-ritorn ta’ profil għoli tiegħu minn Juventus is-sena l-oħra ma marx kif ippjanat.

Minkejja li l-istaġun li għadda skorja 24 gowl fil-kompetizzjonijiet kollha, il-forma kollettiva tal-United naqset, u spiċċaw fis-sitt post fil-Premier League. Ronaldo qabad u ħareġ il-barra fl-aħħar ħinijiet f’Old Trafford wara r-rebħa dominanti ta’ żewġ gowls ta’ Manchester United fuq Tottenham – bil-Manager Erik ten Hag ineħħi l-istilla mill-vjaġġ għal Londra fil-partita li jmiss kontra Chelsea is-Sibt fis-6.30pm.

Issa huwa antiċipat li l-Portugiż se jħalli Old Trafford is-sena d-dieħla, potenzjalment kmieni fit-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar. Felix l-aktar li sewa flus lill-klabb Spanjol – issa jinsab eqreb lejn it-tluq tiegħu minn ma’ Atletico minn qatt qabel, bil-ġurnal sportiv Spanjol Diario AS isostni li United huma waħda mit-tliet destinazzjonijiet possibbli għall-plejer ta’ 22 sena, flimkien ma’ Bayern Munich u Paris Saint-Germain.

Atletico kienu qd jissemmew bħala destinazzjoni sorpriża vijabbli għall-attakkant Portugiż, minkejja li l-partitarji tagħhom ipprotestaw fis-sajf kontra l-iffirmar possibbli. Kien qed jingħad li Simeone minn dejjem xtaq li l-klabb tiegħu jieħu plejer li dejjem ammira ħafna. Għax dan ikollu xebh ma’ dak li kien għamel klabb meta ffirma lil Luis Suarez – l-Urugwajan li kien ngħaqad minn Barcelona fl-2020 u sussegwentement ġab lit-tim ta’ Simeone t-titlu tal-kampjonat fl-istaġun tad-debutt tiegħu.

Simeone dan l-aħħar ċaħad suġġerimenti li jiffirma lil Ronaldo iżda għamel dan minħabba l-passat tiegħu ma’ Real Madrid, li iżda ma jfissirx li l-klabb ma jiffirmax plejers li qabel kienu mar-rivali tal-belt tagħhom bħal Marcos Llorente u Sergio Reguilon fl-aħħar żminijiet.

Huwa mifhum li minkejja l-kummenti pubbliċi tiegħu, Simeone ikun lest jisfida lill-partitarji tal-klabb u jieħu lil Ronaldo – jekk il-possibbiltà ssir disponibbli. L-attakkant Felix, li kien marbut ma’ bidla fil-futur possibbli għal Old Trafford, ingħaqad ma’ Atletico fi trasferiment ta’ £113-il miljun mingħand Benfica fl-2019, irrappurtat li kisirha minn ma’ Simeone u jista’ jkun li jitlaq mal-ewwel opportunità possibbli.

Rapporti mill-Portugall jgħidu li Felix ġie “bullyed” minn Simeone u s-sitwazzjoni waslet fl-agħar tagħha meta tħalla fuq il-bank f’kull wieħed mill-konfronti riċenti ta’ Atletico fiċ-Champions League kontra Club Brugge. Il-possibilità li Ronaldo u Felix jimxu f’nofs l-istaġun hija mimlija kumplikazzjonijiet iżda biż-żewġ klabbs miftuħa għal forma ta ‘ftehim ta’ tpartit u kull plejer ifittex sfidi ġodda, il-possibbiltà qed issir aktar realistika.