Santa Lucia dawru telfa f’rebħa meta fit-Tony Bezzina Stadium għelbu lil Pietà Hotspurs 2-1. B’din ir-rebħa l-Yellows qabżu lill-istess Pietà b’punt u issa jinsabu fit-13-il post b’4 punti bil-Hotsours jerġgħu isibu ruħhom isfel nett tal-klassifika.
Pietà fetħu l-iskor meta l-ewwel kien kross ta’ David Schembri Wismayer li wasal għand Atanda Ogungbe li bir-ras niżżel lejn Jake Ghio li mill-viċin ma’ żbaljax. Pietà damu jgawdu dan il-vantaġġ 2 minuti biss hekk kif fit-23 minuta minnn kross shot ta’ Nicholas Pulis kien Davidy Valpoort li daħal tajjeb u għeleb lil Dele Alampasu bl-ewwel taqsima tintemm 1-1.
It-tieni taqsima kienet waħda ddominata minn Santa Lucia li iżda kellhom jistennew sas-87 minuta biex imorru fil-vantaġġ b’xutt b’saħtu ta’ Francisco Rodrigues Farias għal skor finali ta’ 2-1 favur Santa Lucia.
//= $special ?>