Fl’Arechi
Salernitana v Spezia 1-0
Fl-ewwel logħba tas-Sibt Salernitana ikkonfermaw il-forma tajba permezz ta’ rebħa kontra Spezia ġewwa darhom f’partita mimilji battibekki.
L-unika gowl wasal ftit minuti wara l-bidu tat-tieni taqsima meta Pasquale Mazzocchi sab ix-xibka minn kross ta’ Antonio Candreva fejn id-difensur laterali ma żbaljax u kkonkluda tajjeb.
F’San Siro
Milan v Monza 4-1
Milan għelbu lil Monza f’logħba b’skor konvinċenti ħafna ġewwa San Siro hekk kif komplew jagħmlu l-pressjoni fuq Napoli li ħa jilgħabu llum kontra Roma f’Stadio Olimpico.
Milan fetħu l-iskor wara 16-il minuta permezz ta’gowl mill-isbaħ tal-attakkant Brahim Diaz. L-Ispanjol skurja gowl individwali hekk kif għeleb lil Michele Di Gregorio. Milan irduppjaw l-iskor meta l-istess Brahim Diaz sab ix-xibka minn pass ta’ Divock Origi wara 41 minuta logħob.
Fit-tieni taqsima Milan komplew il-prestazzjoni tajjba tagħhom meta l-attakkant Belġjan Divock Origi għeleb lill-goalkeeper minn pass ta’ Messias. Il-logħba kienet qisha ħa tieħu direzzjoni differenti meta Monza sabu x-xibka fis-70 minuta permezz ta’ gowl mil-midfielder misluf mingħand Juventus Filippo Ranocchia. Madankollu Milan rispondew tajjeb hekk kif skurjaw l-aħħar gowl tal-partita fl-84 minuta permezz ta’ gowl mill-Portugiż Rafael Leao.
Fi Stadio Artemio Franchi
Fiorentina 3-4 Inter
F’ partita mill-isbaħ Inter ħarġu rebbieħa 4-3 barra minn darhom kontra Fiorentina b’gowl fil-95 minuta minn Henrikh Mkhitaryan.
Inter fl-ewwel kwarta fetħu vantaġġ ta 2-0 b’gowls minn Nicola Barella u Lautaro Martinez fit-2 u l-15-il minuta. Fiorentina daħlu fil-logħba fit-33 minuta b’gowl minn penalty mogħti minn Arthur Cabral fit-33 minuta.
Kwarta mill-bidu tat-tieni taqsima u Fiorentina skorjaw il-gowl tad-draw minn Jonathan Ikone iżda fit-73 minuta reġa kien Lautaro Martinez li minn penalty ukoll tefa’ lil Inter fil-vantaġġ. Fiorentina ma ramewx ix-xugaman u saħansitra reġgħu ġabu d-draw fid-90 minuta minn Luka Jovic. Meta kollox deher li ż-żewġ timijiet se jieħdu punt kull wieħed in-Nerazzurri kellhom pjanijiet ohra u fil-hames minuta tal-ħin miżjud kien Henrikh Mkhitaryan li għeleb lil Terracciano għal skor finali ta’ Fiorentina 3 Inter 4
Il-Ħadd
12:30pm
Udinese v Torino
3:00pm
Bologna v Lecce
6:00pm
Atalanta v Lazio
8:45pm
Roma v Napoli
It-Tnejn
6:30pm
Cremonese v Sampdoria
8:45pm
Sassuolo v Verona