L-atleta Russa tal-ice skating Kamila Valieva ġiet imressqa quddiem ir-Russian Anti-Doping Agency (Rusuda) ftit ta’xhur ilu meta falliet testijiet tad-doping li saru fil-Winter Games iktar kmieni din is-sena. Ir-Rusuda konfermaw li mhux ser jippublikaw ir-riżultat uffiċjali tat-test hekk kif jixtiequ jżommu l-privatezza tal-atleta.
Minħabba dawn l-akkużi t-tim Russu għadu ma ġiex preżentat il-medalji tad-deħeb li rebaħ tmien xhur wara li ntemmet il-kompetizzjoni.
Valieva tinsab sospiża milli tinkompeti f’kull tip ta’ kompetizzjoni, minħabba l-akkużi li tinsab taħthom kif ukoll is-sanzjonijiet relatati mal-invażjoni tar-Russja fuq l-Ukrajna. Madankollu l-atleta ta’ 15-il sena kompliet titħarreġ hekk kif huwa mistenni li tieħu sehem f’kompetizzjoni nazzjonali f’dawn il-jiem.
Il-Kap eżekuttiv tal-US Anti-Doping Agency (Usada), Travis Tygart stqarr li jemmen li r-riżultati għandhom jiġu ppublikati u jemmen li mhux deċizjoni tajjba li jinżammu sigrieti.
//= $special ?>