MARSAXLOKK …………..1
BIRKIRKARA.…………… 0
Marsaxlokk: Marko Drobnjak, Attard Ayrton(68’ Valentim de Sousa Wellington), Keqi Kristian, Serrano Walter Omar, Xuereb Peter, (89’ Uzeh Edafe Christopher), Ferraris Santiago Adrian, Aguilar Juan Cruz, Aguirre Leandro, Vukovic Dejan, Agius Daniel(46’ Vella Emerson), Fonseca Tiago Aiden.
Birkirkara: Nava Giacomo(GK, 32’ Nava), Pepe Enrico(C), Da Paixao Alves Alex, Yankam Yannick, Mbong Paul, Zammit Kurt, Attard Cain, Cabrera Enzo Daniel, 62’ Falcone Federico), Zibo Simon, Coppola Alessandro, Tulimieri Kevin(55’ Iorio Osvaldo).
Referee: Stefan Pace
Skorja: Walter Serrano 94’ (Marsaxlokk)
BOV Plejer tal-logħba: Leandro Aguirre ta’ Marsaxlokk
Wara żewġ draws fl-aħħar ħarġiet tagħhom Birkirkara sofrew l-ewwel telfa tal-istaġun meta kienu megħluba minn Marsaxlokk li b’hekk kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva wara li għelbu u taw l-ewwel telfa tal-istaġun lil Gudja United fl-aħħar ħarġa tagħhom. F’din il-logħba bilanċjata iż-żewġ naħat spiċċaw il-logħba b’għaxar plejers. L-ewwel kienu Marsaxlokk li kellhom plejer imkeċċi meta lejn tmiem l-ewwel taqsima Juan Cruz kien muri karta ħamra.
Iżda dan il-vantaġġ ma tantx inżamm mill-Istripes għaliex sitt minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima anki huma kellhom lil Coppola mkeċċi. Iż-żewġ naħat kellhom opportunitajiet ta’ skor, iżda l-logħba dehret riesqa lejn riżultat ta’ mingħajr gowls meta fl-94 minuta Marsaxlokk ikkundannaw lil Birkirkara għal din l-ewwel telfa, riżultat li jfisser daqqa ta’ ħarta għal Birkirkara fit-tentattiv tagħhom li jżommu ‘l pass mal-ispartans. L-azzjoni tal-gowl rebbieħ tax-Xlukkajri kienet bejn Wellington u Walter Serrano, b’dan ta’ l-aħħar jirnexxielhu jegħleb lil Nava b’xutt fil-baxx.
//= $special ?>