Fl-ewwel ġurnata tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tad-darts, Floriana Ajax ħarġu rebbieħa 5-3 kontra Ħamrun Education Bar b’dawn iż-żewġ timijiet għandom ikunu sfidanti għar-rebħ tal-kampjonat.
Ħamrun kienu minn fuq 1-0 iżda l-Furjaniżi wettqu reazzjoni tajba u dawwru r-riżultat 4-1 favur tagħhom. Ħamrun irnexxielhom jagħmlu l-iskor 4-3 biex fl-aħħar dwell Jonathan u Omar Aquilina għelbu lil Brian u Godfrey Abela biex taw rebħa ta’ 5-3 lil Floriana Ajax.
Ħamrun Bayern A rebħu t-tieni tim proprja tagħhom Ħamrun Bayern B 5-3 filwaqt li Manchester Conquest Pub għelbu faċilment lit-tim promoss ta’ Top Gun Bar 7-1.
Sliema Inter u Fgura Kenky provdew logħba sabiħa fejn spiċċaw 4-4 f’logħba missielta.
Mit-tieni diviżjoni, PO’s Bar bdew l-impenji tagħhom b’rebħa ta’ 7-1 kontra Mqabba tal-Ġilju filwaqt li Fgura Maypole u Beland Żejtun spiċċaw fi dro ta’ 4-4.
Mit-tielet diviżjoni, Duke’s B għelbu lil Duke’s A 5-3 filwaqt li Birgu Boċċi Club kellhom debutt mill-aqwa wara li għelbu 8-0 lil Leah’s Bar.
Domus Żejtun immarkaw ir-ritorn tagħhom fid-darts lokali bl-aqwa mod possibbli wara skor konvinċenti ta’ 7-1 kontra Mqabba FC.
//= $special ?>