Lokali

Għal ġimgħa oħra… Abela ma jlissen ebda proposti konkreti

Għall-ġimgħa oħra…il-Prim Ministru Robert Abela reġa’ ma lissen ebda proposta konkreta ta’ kif se jkun qed jgħin lill-familji Maltin jaffaċċjaw il-piż dejjem jikber tal-għoli tal-ħajja… u dan ftit sigħat biss qabel jitħabbar il-Budget għas-sena li ġejja.

F’diskors li kien ikkaratterizzat mis-soltu retorika ta’ Robert Abela, fil-Kazin Laburista tan-Naxxaar huwa  reġa’ waħħal fil-pandemija tal-COVID u fil-gwerra tal-Ukrajna li, skont hu kienu l-fatturi ewlenin tal-inflazzjoni. Izda ta’ min wieħed ifakkar li l-problema tal-għoli tal-ġajja bdiet tħalli l-impatt tagħha qabel ma faqqgħet il-gwerra fl-Ukrajna.

Robert Abela, bħas-soltu, kellu diskors li matulu infexx f’attakk partiġjan dwar il-ħidma tal-Partit Nazzjonalista u saħansitra anke attakki diretti lejn il-Partit Nazzjonalsita.

B’Abela jkompli jiftaħar dwar kemm il-Gvern għandu ruħ soċjali.

Pero jidher li t-terminu ‘Ruh socjali’ m’għandhiex l-istess tifsira għal dawk il-familji li mhux qed ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja… għall-pensjonanti li l-pensjoni mhux qed isservihom… għal dawk iż-żgħażagħ li jridu jitiolqu minn Malta għax mhux iħossuhom komdi f’pajjihom stess.

U biex ikompli jipprova jserraħ ras dawn il-familja… Abela reġa’ tenna li se l-Gvern tiegħu qed joffri serenità. Pero għal darb’oħra… ma smajna b’eda soluzzjonijiet u proposti konkreti. Bid-Deputat Alex Muscat prova jikkonvinċi lin-nies li pajjiżna bħalissa għaddej minn temp bnazzi.