Il-Ħadd filgħodu qomna bl-aħbar li miet il-patri Dumnikan Marius Zerafa fl-età ta’ 93 sena. Patri Marius kien lettur u restawratur.
Patri Zerafa kien magħruf l-aktar għall-episodju li seħħ fid-29 ta’ Diċembru tal-1984 fejn tliet persuni mgħammda daħlu u serqu l-pittura ta’ Caravaggio – San Ġilormu. Kien biss permezz tal-intervent tiegħu u n-negozjati li għamel mal-ħallelin li l-pittura tal-Caravaggio reġgħet irritornat fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann.
Għal żmien twil, Patri Marius kien direttur tal-mużewijiet f’Malta. Huwa awtur ta’ diversi kotba fuq l-arti sagra, lettur u restawratur ta’ bċejjeċ ta’ arti sagri ta’ Mattia Preti, Favray u pitturi kbar oħra.
Patri Zerafa gradwa fost l-oħrajn mill-Universitajiet ta’ Roma, Londra, Ecole de Louvre f’Pariġi u Brera f’Milan waqt li wara ħa d-dottorat mill-Univesità ta’ Firenze.
Kienu bosta li fl-aħħar sigħat sellmu l-memorja ta’ Patri Marius, fejn bosta qalu li Malta tinsab midjuna lejn l-għarfien u l-għożża kbira li kellu lejn dak kollu li hu Malti.
//= $special ?>