Jisimha Marie Claire Lombardi il-mara ta’ 45 sena li mietet ilbieraħ f’inċident bil-mutur biswit ir-roundabout tas-Saqqajja. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5:30pm wara li l-mara – li toqgħod l-Imġarr – tilfet il-kontroll tal-mutur li kienet qed issuq, tat-tip Yamaha, u waqggħet.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħaditha l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa.
Sfortunatament, il-mara ġiet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara. Il-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>