Minn Tritoni sa Pjazza San Ġorġ. Mixja biex jiżdied l-għarfien.
L-Assoċjazzjoni Maltija tas-Saħħa Mentali l-Ħadd filgħodu ngħaqdet f’messaġġ wieħed biex ikun hemm żieda fl-għajnunjiet li persuni fil-qasam mentali għandhom jingħataw, kemm dawk li huma pazjenti u kif ukoll il-ħaddiema tas-saħħa f’dan is-settur, iżda mhux hekk biss, jeħtieġ li anki bħala poplu ngħinu kif nistgħu lill-persuni li jkunu għaddejjin minn mumenti diffiċli.
Tkellimna ma’ Lisa Vella, il-PRO ta’ din l-Assoċjazzjoni fejn ma’ Net News qalet kif f’waqtiet kelma nieqsa taf tagħmel ferm aktar ġid milli kieku tingħad.
Min-naħa tagħha, Simone Borg, li hija infermiera tkellmet dwar il-ħtieġa li jingħataw ir-risorżi kollha meħtieġa biex il-persuni li jaħdmu f’dan is-settur ikollhom l-għodda biex jgħinu lill-pazjent.
Matul dan ix-xahar kienu bosta l-persuni li tkellmu dwar is-settur tas-saħħa mentali fejn anki l-fondazzjoni tas-saħħa mentali Richmond Malta, din is-sena rrappurtat żieda allarmanti fit-talbiet minn żgħażagħ li qed ifittxu għajnuna għal kwistjonijiet ta’ saħħa mentali.
Preżenti għal din l-attività kien hemm id-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea.
//= $special ?>