Se Naslu! Din kienet it-tema ta’ dimostrazzjoni għall-ġustizzja li kienet organizzata mill-Għaqda Repubblika… dimostrazzjoni li saret ftit tal-jiem wara li l-Prim Awla tal-Qorti Ċivili preseduta mill-Imħallef Ian Spiteri Bailey laqgħet talba minn naħa tal-għaqda Repubblika biex il-Maġistrat Nadine Lia ma tismax il-proċeduri li kienu nbdew sabiex il-Kummissarju tal-Pulizija jipproċedi kontra diversi individwi li huma identifikati fl-inkjesta tal-bank Pilatus.
Il-President tal-għaqda repubblika qal li kellhom jirrikorru l-Qorti ghax sabu Maġistrat li kienet qed tkasbar l-interessi tal-ġustizzja. Saħaq li pajjiżna jista’ jkun ferm aħjar minn klikka ta’ persuni li ħatfu lil pajjiżna… klikka li ħatfu l l-istituzzjonijiet.
Aquilina sfida lil Robert Abela biex lil Pawlu Lia inehhih illum qabel ghada u sitednu juri bil-fatti li hu jikmanda u mhux min poggih fuq is siggu tal peter u minn min jigbidlu l-ispaga.
Semma l-fatt li pajjizna għandu xandir pubbliku kkontrollat minn Kastilja u kif fil-Korp tal-Pulizija mhux kollox miexi ward u zahar tant li appella lill-Kummissarju Angelo Gafa biex juri li mhux qed jiddefendi lill-kriminali. FL-istess waqt huwa qal li l-Avukat Ġenerali għandha tirriżenja wara l-aġir tagħha.
Robert Aquilina semma kif l-eks Prim Minsitru Joseph Muscat ma jridx li ssir ġustizzja dwar 17 Black, ma jridx li sħabu Konrad Mizzi u Yorgen Fenech iwieġbu fil-Qrati dwar l-iskandlu tal-Montenegro u l-Panama Papers.
Min-naħa tagħha l-Viċi President tal-Għaqda Repubblika Alessandra Dee Crespo qalet li wara li seħħ l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, l-Istat għadu ma tgħallem xejn.
Filwaqt li kkritikat it-tmexxija tal-istazzjoni nazzjonali, saħqet li huma kommessi li se jibqgħu jirsitu dwar il-verita kollha għax il-poplu Malti jixraqlu li jkun infurmat bil-fatti kif verament huma mill-istazzjon nazzjonali u mhux bil-fatti manipulati
Fid-diskors tagħha Pia Zammit għamlet paragun ma’ dak li għaddej minnu r-Renju Unit bħalissa u staqsiet kif numru ta’ politiċi f’pajjiżna isibuha ferm difficli biex jirriżenjaw u jibqgħu ggranfati mas-siġġu tal-poter. Qalet li f’pajjiżna jrid ikun id-dmir ta’ dawk li jiżbaljaw li jirriżenjaw. Hija saħqet li l-kwalita tal-ħajja qed tonqos… bil-bini, bis-sitwazzjoni tat-traffiku.. bil-faqar u l-għoli tal-ħajja u quddiem dan kollu hemm bzonn li ttittiehed azzjoni minnufih.
//= $special ?>