Sport

Sparar: James Galea jirbaħ is-seba’ Selection Shoot

James Galea rebaħ it-tieni Trap Selection Shoot tiegħu konsekuttiv, meta rebaħ il-Midalja tad-Deheb fis-seba’ Selection Shoot (7/22) tal-istaġun.

Wara finali missielta ma’ Galea, Nico Sciberras rebaħ il-Midalja tal-Fidda. Huma spiċċaw b’parità ta’ 31/35 hit target kull wieħed b’Galea jiġi ddikjarat rebbieħ wara ssudden death shoot-off.

Christopher Vella rebaħ il-Bronż filwaqt li Gianluca Chetcuti spiċċa fir-raba’ post overall.

Din l-attività kienet organizzata fuq jumejn u saret fil-Malta National Shooting Ranges fis-Siġġiewi.

Wara l-ħames rawnds ta’ kwalifikazzjoni, it-tmien tiraturii li għaddew għall-istadji tas-semifinali kienu:

Bib No 1: GALEA James Jr. 119/125 (Shoot-off +4+0+1+0+1)

Bib No 2: CHETCUTI Gianluca 119/125 (Shoot-off +4+0+1+0+0)

Bib No 3: CHETCUTI William 118/125

Bib No 4: GALEA Brian 115/125

Bib No 5: SCIBERRAS Nico 114/125

Bib No 6: BUGEJA Emmanuel 113/125

Bib No 7: AQUILINA Jason John 112/125

Bib No 8: VELLA Christopher 111/125

Ir-riżultati mit-tieni ġurnata fil-Classes kienu:

Class A

1st CHETCUTI Gianluca 46/50 (21 + 25)

2nd CHETCUTI William 46/50 (22 + 24 / Count Back: 23)

3rd GALEA James Jr. 46/50 (22 + 24 / Count Back: 20)

Class B

1st COLEIRO Jean Pierre 42/50

2nd MIFSUD Cleaven 41/50 (19 + 22)

3rd FARRUGIA Christian 41/50 (21 + 20)

Class C

1st DESIRA Aidan Jo 45/50

2nd MUSCAT Peter 37/50

3rd CASSAR Luke 35/50

Il-kompetizzjoni Trap li jmiss hija skedata għas-6 ta’ Novembru li ġej fil-Qormi Shooting Club.