Lokali

Alexander Schembri sospiż minn President tal-MPU

Alexander Schembri ġie sospiż minn President tal-Malta Police Union.

Dan ħabbritu l-MPU t-Tnejn filgħodu fejn spjegat li Alexander Schembri nforma l-union bir-riżenja tiegħu permezz ta’ ittra lill-Kumitat Eżekuttiv skont kif jitlob l-istatut…madanakollu r-riżenja tiegħu ma ġietx aċċettata f’dan l-istadju.

Kien għalhekk li Schembri kien sospiż mill-funzjonijiet kollha tiegħu u għalissa mhux se jkun qed jirrappreżenta lill-Unjin.

Bħala Aġent President ġie maħtur Marlon Hili.

S’issa mhux magħruf x’wassal għar-riżenja ta’ Schembri u lanqas għalfejn ir-riżenja ma kienetx aċċettata.