Żejtun Corinthians telaw fit-tielet post tal-klassifika b’rebħa ta’ 2-1 fuq Marsa. Iż-Żwieten marrun minn fuq fl-14-il minuta permezz ta’ Jurgen Debono b’Marsa jġibu d-draw minn penalty mogħti minn Ryan Fenech fit-23 minuta. Żejtun baqgħu jippersisitu u fil-65 minuta skorjaw il-gowl tad-draw permezz ta’ Jairo Santos de Oliveira Filho.
F’partita li fiha saru ħames gowls, Tarxien Rainbows għelbu lil Marsaskala 3-2. Daneel Abela tefa’ lir-Rainbows minn fuq fil-21 minuta, bil-gowl ikun ikkanċellat minn gowl ta’ Rundell Winchester fil-51 minuta. Darren Falzon reġa tefa’ lil Tarxien minn fuq fis-60 minuta biex fit-80 minuta Emmanuel Mbong għamilhom 3-1. Winchester għaqqad sopjetta personali biex reġa daħħal lil Marsaskala fil-logħba iżda l-iskor baqa’ ma nbidielx b’Tarxien jieħdu t-tliet punti.
Lija Athletic għelbu lil Attard 2-1 biex telgħu ir-raba’ punt taħt Żejtun. Attard marru minn fuq fil-21 minuta permezz ta’ Kebba Kebell Suso b’Lija Athletic jiskorjaw ftit qabel il-mistrieħ b’gowl minn Duvan Mosquera Torres. Liam Xuereb skorja l-gowl tar-rebħa għal Lija fid-69 minuta.
Fl-aħħar nett b’gowl minn Joao Vitor De Oliveira fil-ħin miżjud, Żurrieq għelbu lil Mtarfa 1-0.
//= $special ?>