Illejla l-Gvern jippreżenta l-Budget 2023. Bil-Unions u l-Korpi Kostitwiti jibqgħu sal-aħħar jappellaw lill-Gvern biex jipprezenta pjan ċar għall-futur tal-pajjiż, f’mument partikolari li fih qed naffaċjaw diversi sfidi.
Id-diskors tal-Budget jibda fis-6:30pm, u mistenni jdum saghtejn.
Il-Budget għas-sena d-dieħla għandu t-titlu ċertezza u stabblita’. U n-nies qed jistennew li l-Ministru tal-Finanzi joffri soluzzjonijiet cari ghall-kwistjoni tat-traffiku, il-problema tal-għoli tal-ħajja, u biex tiġi indirizzata l-kwalita tal-ħajja li qed titnaqqar.
Illejla Net TV se jkun qed iwassal servizz estensiv biex jispjega l-punti kollha preżentati fil-Budget. Ix-xandira tibda fis-5:45pm b’edizzjoni speċjali ta’ NETLIVE, u eżatt wara x-xandira tal-Budget.
Isegwi, bulettin dettaljat ta’ Net News li jwassal l-ewwel kummenti anke tal-Kap tal-PN Bernard Grech. Dan apparti kollegamenti, reazzjonijiet mill-imsieħba soċjali, u diskussjoni fl-istudios sa tard bil-lejl.
//= $special ?>