“Dan il-Budget ma joffri l-ebda soluzzjoni għall-pajjiżna mingħajr pjan ekonomiku.”
Dan qalu f’konferenza li ndirizza l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fil-bini tal-Parlament wara li ġie ppreżentat il-Budget għas-sena d-dieħla.
Bernard Grech saħaq li l-Gvern mhuwiex qed jikkontrolla l-għoli tal-prezzijiet u m’għandux soluzzjonijiet għall-problemi preżenti f’pajjiżna.
Huwa qal li fi kliem Il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana l-inflazzjoni se tkompli togħla ħafna aktar is-sena li ġejja u dan kollu se jkompli jitfa’ piż fuq in-negozji għaliex il-Gvern mhux sejjer tajjeb finanzjarjament. Dan l-aħħar il-Gvern għamel madwar biljun ewro f’dejn iżda tal-qalba se jkomplu jgawdu.
Il-piz tal-għoli tal-ħajja qed tiżdied u l-Gvern mhuwiex joffri għajnuna. Ma’ kull xahar li jgħaddi l-familji qed ikollhom jaraw kif se jkomlu jlaħħqu mal-għoli tal-ħajja.
Bernard Grech saħaq li dan il-Budget żgur ma jipprovdix il-kwalita’ ta’ ħajjitna li tixirqilna.
“Budget li joffri stabbilta’….saqsi lill-impjegati tal-AirMalta.”
Bernard Grech tenna li jidher biċ-ċar illi l-Gvern m’għandux pjan għal-linja nazzjonali tal-ajru għaliex ma kinux jimxu mal-pjan ekonomiku li għandhom. Huwa saħaq li l-AirMalta hija ndispensabbli għat-turiżmu fost affarijiet oħra u l-Partit Nazzjonalista jemmen li bi pjan serju din il-kumpanija tista’ terġgħa tieħu r-ruħ.
Huwa qal ukoll li huwa evidenti li dan il-Gvern ma jieħux is-saħħa mentali bis-serjeta’ dan meta ġie żvelat li f’Novembru li ġej se jinqatgħu l-fondi li kienu jingħataw lir-Richmond Foundation. Il-Gvern dejjem iwiegħed li se jibni sptar mentali ġdid iżda dan sena wara sena qatt ma jinbena.
Bernard Grech semma l-fatt li waqt il-Budget l-edukazzjoni bilkemm issemmiet.
Huwa qal li stennejna sagħtejn u nofs sabiex l-Gvern jindirizza l-ekonomija imma minflok rajna aktar mill-istess. Il-problema tat-traffiku f’pajjiżna ħa tibqa’ l’hemm u l-unika ħaġa li qal hi li ċertu servizzi ma jistgħux joħorġu qabel id-9am meta t-traffiku ssibu matul il-ġurnata kollha. Dan ifisser li l-Gvern m’għandux soluzzjoni sabiex inaqqas it-traffiku f’pajjiżna.
//= $special ?>