Fi stqarrija, il-Kamra tal-Kummerċ innotat li l-Budget 2023 jikkonsisti kemm f’punti pożittivi iżda oħrajn negattivi.
Huma qalu kif il-budget bla dubju ta’ xejn indirizza l-għoli fil-prezzijiet tal-enerġija biex il-Maltin ma jaffaċjawx daqstant diffikultajiet f’dan ir-rigward.
Madanakollu, huma innotaw kif kien hemm bżonn għal investimenti ikbar fejn jidħlu l-vetturi elettriċi, u innovazzjoni u niċeċ ekonomiċi ġodda għal tkabbir ekonomiku sostenibbli.
Huma faħħru l-fatt li l-Gvern għaraf li t-trasport pubbliku b’xejn m’għenx fit-traffiku u b’hekk se jkun qed jaħdem biex possibilment dan jonqos.
//= $special ?>