Lokali

FIMBank iħabbar rati tal-imgħax kompetittivi

FIMBank ħabbar rati tal-imgħax kompetittivi b’terminu fiss fil-munita euro. Din l-inizzjativa tkompli ssaħħaħ l-oġġettiv tal-Bank li jsostni l-preżenza u l- viżibilta’ lokali tiegħu fis-suq Malti.

Ir-rati għall-klijenti individwali jibdew minn 0.70% għal depożiti ta’ tliet xhur, jitilgħu sa 0.75% fis-sena għallgħażla ta’ sitt xhur, u jogħlew għal 1.40% għal depożiti b’terminu fiss ta’ sena. Depożiti b’terminu ta’ tliet snin għandhom rata ta’ imgħax ta’ 1.60%. Ir-rati tal-imgħax kollha huma fuq bażi gross fis-sena.

Kont jista’ jinfetaħ permezz tal-portal Easisave billi wieħed jaċċessa s-sit www.easisave.com. L-ammont minimu ta’ EUR 1,000 jinħtieġ sabiex jinfetaħ depożitu b’terminu fiss. Il-Klijenti jistgħu jibbenefikaw wkoll minn rata ta’ imgħax kompettitiva ta’ 0.4% fis-sena jekk jagħżlu li jiftħu kont ta’ tfaddil (savings account).

Għall-aktar konvenjenza, Is-sit ta’ easisave.com jippermetti lill-klijenti jiftħu kont mingħajr l-bżonn li jżuru l-Bank. Il-klijenti jistgħu jagħżlu li jiftħu depożitu fiss għal terminu FIMBank Classic fejn il-klijenti jistgħu jiskedaw appuntament biex iżuru l-uffiċċju prinċipali tal-Bank ġewwa San Ġiljan. L-ammont minimu għal depożitu għal terminu fiss FIMBank Classic huwa ta’ EUR 10,000.

Apparti r-rati tal-imgħax li kompetittivi, il-FIMBank issa qed joffri lir-residenti Maltin il-konvenjenza fejn irrappreżentanti tal-Bank jiġbru d-dokumentazzjoni tal-ftuħ tal-kont direttament mid-dar jew l-uffiċċju tagħhom, minnflok ma jibagħtu dokumenti permezz tas-servizz postali. Dan is-servizz japplika għal dawk li jixtiequ jiftħu kont Easisave, peress li d-dokumentazzjoni fil każ ta’ dawk li jiftħu Depożitu għal Terminu Fiss FIMBank Classic issir fl-uffiċċju prinċipali tal-Bank.

Il-Bank qed joffri wkoll welcome bonus ta’ darba ta’ EUR 25, li huwa applikabbli għal klijenti ġodda, termini u kundizzjonijiet japplikaw. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jikkuntattja lit-tim tal-helpdesk tal-FIMBank fuq 21322102, jew iżur is-siti tal-Bank www.fimbank.com u www.easisave.com.

FIMBank plc huwa regolat mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta u hu kkwotat fil-Borża ta’ Malta L-indirizz reġistrat tal-Bank huwa Mercury Tower, The Exchange Financial and Business Centre, Triq Elia Zammit, San Ġiljan STJ 3155, Malta. Il-Bank huwa liċenzjat biex iwettaq in-negozju tal-banek skont l-Att Bankarju tal-1994 (Kap. 371). FIMBank plc huwa parteċipant fl-Iskema ta’ Kumpens tad-Depożitanti f’Malta.

Kontijiet ta’ tfaddil Easisave jistgħu jinfetħu b’minimu ta’ EUR50. Id-Depożiti ta’ Terminu Fiss Easisave jistgħu jinfetħu b’minimu ta’ EUR 1,000. FIMBank Classic Fixed Term Deposits jistgħu jinfetħu b’minimu ta’ EUR10,000. L-irtirar kmieni ta’ fondi minn kontijiet b’terminu fiss huwa pprojbit. Termini u kundizzjonijiet japplikaw u huma disponibbli meta jintalbu.