Tromba żgħira li l-Ħadd laqtet it-tramuntana ta’ Franza viċin Calais ħalliet ħerba sħiħa tant li persuna qed issofri minn ġrieħi ħfief filwaqt li diversi djar spiċċaw bi ħsarat sostanzjali.
Din it-tromba ġiet fost maltemp li qed jolqot iz-zona wara sħana tremenda li kien hemm fl-aħħar jiem.
Kawża ta’ din it-tromba kien hemm ukoll inċident tat-traffiku fil-villaġġ ta’ Croisilles.
Intant, f’Bihucourt u f’Hendecourt-lès-Cagnicourt esperjenzaw ukoll qtugħ fl-elettriku kawża ta’ dan il-maltemp. Dan filwaqt li mill-inqas 50 dar kellha xi ħsara tant li żewġ familji kellhom jitilqu minn djarhom u saqaf ta’ knisja spiċċa inqered kompletament.