Lokali

Il-Korp tal-Pulizija jiċħad l-allegazzjonijiet tal-MUT dwar l-assistenza tagħhom fil-klassijiet

B’referenza għal stqarrija mill-Malta Union of Teachers (MUT) aktar kmieni llum, wara verifiċi magħmula, il-Korp tal-Pulizija jiċħad li xi uffiċjali minn tiegħu qegħdin jagħmlu superviżjoni fil-Kulleġġ San Albert b’mod sistematiku.

Jirriżulta li wara li fit-12 ta’ Ottubru 2022, kif awtorizzati, żewġ uffiċjali tal-pulizija taw taħdita dwar ix-xogħol tal-Pulizija ġewwa dan il-Kulleġġ, nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Ottubru, fil-ħin liberu tiegħu, wieħed minn dawn l-uffiċjali kien qiegħed fil-preżenza tar-Rettur ġewwa l-Kulleġġ San Albert meta f’ħin minnhom intalab jassisti b’superviżjoni ma’ klassi għal ftit minuti sakemm wasal uffiċjal tal-Kulleġġ.

Mill-istħarriġ intern tal-Korp ma rriżulta b’ebda mod li dan l-uffiċjal uża xi metodu biex jiddixiplina lill-istudenti iżda saħansitra utilizza dan il-ħin sabiex jgħarrafhom dwar l-operat tal-Korp.