Il-Ministru tal-Finanzi illum żanżan bagalja ġdida li permezz tagħha se jwassal id-diskors tal-Budget lill-President tar-Repubblika George Vella.
Din ix-xena mhux tas-soltu ġibdet l-interess ta’ bosta li fl-aħħar minuti kkummentaw fuq il-media soċjali. B’uħud jirrimarkaw li l-Ministru bħal donnu jrid “iħalli marka ankè bil-bagalja”.
Wara li jmur għad il-President, il-Ministru tal-Finanzi jippreżenta l-Budget 2023 lill-Ispeaker Anglu Farrugia. Imbgħad il-preżentazzjoni tal-Budget, li se ssir fis-6:30pm fil-Kamra tar-Rappreżentanti.
Id-diskors ta’ Clyde Caruana se jixxandar fuq Net TV waqt programm speċjali li jibqa’ sejjer sa tard illejla.
//= $special ?>