Lokali Parlament

Il-Ministru Refalo jitfixkel fl-istruttura storika li għandu ħdejn il-pool; isostni li “bħali m’hawnx”!

Il-Ministru Anton Refalo qal fil-parlament, li jekk is-Supretendent tal-Patrimonju Storiku, jrid jista’ jmur d-dar tiegħu u jara l-istruttura storika ta’ żmien it-Tieni Gwerra iżda naqas milli jiddikjara jekk għadux taħt investigazzjoni kriminali.

Il-kwistjoni tal-istruttura storika li tinsab ħdejn il-pool fid-dar tal-Ministru Anton Refalo kienet trattata fil-parlament bid-deputati Nazzjonalisti Mark Anthony Sammut u Julie Zahra jagħmlu numru ta’ mistoqsijiet parlamentari.

Il-Ministru Anton Refalo qal li, dwar dan il-każ, hu m’għandux x’jaħbi u “m’hawn ħadd bħali”.Hu qal li kien kellem mas-Surpetendent tal-Patrimonju Nazzjonali, ħadu fuq il-post u qallu li jekk irid joħodha iżda ħallewha fuq il-post. Il-Ministru Refalo kien mistoqsi minn fejn sab il-ġebla storika u qal li dak li kellu jwieġeb diġà qalu u jekk l-Oppożizzjoni trid tista’ tagħmillu mistoqsija parlamentari.

Mistoqsi meta se jirritorna dan l-istruttura storika, il-Ministru Anton Refalo qal li meta trid id-deputat Nazzjonalista Julie Zahra tista’ tmur għandu u toqgħod tkanta.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Gerch oġġezzjona għal dan l-attakk li għamel fuq id-deputat Nazzjonalista Anton Refalo. Għal intervent mill-Ispeaker, Anon Refalo irtira l-kliem li qal fil-konfront ta’ Julie Zahra.

Mistoqsi jekk ħadux suġġett għal investigazzjoni kriminali, il-Ministru Anton Refalo wieġeb biss li l-Oppożizzjoni għandha tagħmel mistqosija bil-miktub.