L-MHRA qalet li l-Budget indirizza punt importanti – dik tal-investiment ta’ €600 miljun fl-enerġija. Dan hekk kif jekk dan ma jseħħx, in-negozji żgħar u medji jesperjenzaw diffikultajiet kbar. U hu għalhekk li din il-miżura kapaċi tgħin lit-turiżmu ta’ pajjiżna.
Fi stqarrija, l-MHRA qalet li l-Air Malta tibqa’ l-iktar aspett importanti għal pajjiżna hekk kif 99% tat-turisti li jiġu f’Malta jagħmlu użu mill-ajru.
Huma laqgħu l-investiment li ssemma’ fil-Budget dwar l-infrastruttura u x-xogħol fil-campus tal-ITS se jibqa’ għaddej.
//= $special ?>